Minn mindu ġew rilaxxati numru ta’ miżuri, partikolarment fl-istabbilimenti tal-ikel, jidher li t-turiżmu intern qabad ġmielu, u f’Għawdex ġie rrapurtat li hemm bosta stabbilimenti tal-akkomodazzjoni li qabżu 90% u aktar tal-okkupanza tagħhom, u numru tajjeb ta’ ristoranti li kellhom ġimgħa tajba, partikolarment lejn l-aħħar tal-ġimgħa fejn ħafna minnhom kellhom medja ta’ bejn 90 u 100 klijent kuljum skont l-Assocjazzjoni ghat-Turiżmu Għawdxija.
Figuri li jawguraw tajjeb ħafna għas-suq turistiku intern fejn is-sena l-oħra biss, statistika tikkonferma li kien hemm mal-280,000 Malti li qasmu lejn Għawdex biex gawdew il-vaganzi tagħhom. ristoranti li kellhom ġimgħa tajba, partikolarment lejn l-aħħar tal-ġimgħa fejn ħafna minnhom kellhom medja ta’ bejn 90 u 100 klijent kuljum skont l-Assocjazzjoni ghat-Turiżmu Għawdxija.
Figuri li jawguraw tajjeb ħafna għas-suq turistiku intern fejn is-sena l-oħra biss, statistika tikkonferma li kien hemm mal-280,000 Malti li qasmu lejn Għawdex biex gawdew il-vaganzi tagħhom.
Il-Ministru ghat-Turizmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli kellha kliem ta’ tifħir hekk kif ir-ristoranti u l-farmhouses f’Għawdex kienu mimlija tul dawn il-jiem. Sostniet kif il-Gvern mal-ewwel kellu strateġija ċara ta’ fejn irridu naslu. “Għidna mal-ewwel li se jkollna sajf u bdejna bit-turiżmu intern”, sostniet il-Ministru Farrugia Portelli. Dan hu kruċjali sabiex nerġgħu nistartjaw il-magni ekonomiċi f’pajjiżna b’mod sigur.
Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri stqarr li huwa ta’ pjaċir li qegħdin naraw li t-turiżmu intern f’Għawdex qed jirranka u anki mill-figuri tal-Gozo Channel qed jidher b’mod ċar kif kemm il-passiġġieri bil-vetturi u passiġġieri bil-pass qed jiżdiedu. Il-ministru żied jgħid li min-naħa tar-residenzi self-catering bħalma huma l-farmhouses f’Għawdex, jidher li qed ikun hemm okkupanza tajba u ħafna Maltin qed jagħżlu li jagħmlu l-vaganza taghhom f’Għawdex mhux għax m’hemmx għażla, iżda b’konvinzjoni.
Il-President tal-Gozo Tourism Association is-Sur Joe Muscat esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-fatt li fi tmiem il-ġimgħa li għadda, bħala settur turistiku f’Għawdex, partikolarment fl-akkomodazzjoni, kienu numru kbir ta stabbilimenti li rrapurtaw li kellhom aktar minn 90% tal-okkupanza fl-istabbilimenti tagħhom. Żied jgħid li dan jikkonferma l-importanza tas-suq domestiku għall-gżira Għawdxija u fakkar kif dan l-istess suq minn dejjem kien popolari mal-Maltin b’mod partikolari għall-akkoljenza li jafu jagħtu l-Ghawdxin. Is-Sur Muscat saħaq kif l-Għawdxin dejjem ħarsu lejn il-Malti bħala l-aqwa turist.
The Malta Financial Services Authority (MFSA) has issued warnings against several fraudulent companies exploiting the…
During a visit to Gozo, Prime Minister Robert Abela toured two Gozitan businesses that have…
The Malta Developers Association (MDA) on Saturday expressed serious concerns about the practice of implicating…
Branch in Ħaż-Żebbuġ closes for refurbishment Following weeks of intensive work, the Bugibba and Ħal…
Prime Minister Robert Abela said that Gozo is an example of how economic growth must…
€1.6 billion is set to be spent on pensions and social benefits throughout the calendar…