Stqarrija tal-Eurostat turi li meta mqabbel mal-istess perjodu sena qabel, il-prodott gross domestiku ta’ pajjiżna kiber b’0.7%. Dan meta fiż-żona ewro kien hemm tnaqqis ta’ 3.1%. Dan jindika li minkejja l-pandemija, l-ekonomija ta’ pajjiżna marret aħjar minn dik taż-żona ewro bi 3.8%. Dan meta sa kwart qabel id-distakk kien ta’ 3.6%.
B’hekk il-Eurostat qed tikkonferma t-tbassir li għamlu diversi aġenziji internazzjonali li pajjiżna ser ikollu daqqa ekonomika mill-COVID-19 anqas mill-medja Ewropea. Minn fost il-pajjiżi taż-żona ewro kienu biss l-Irlanda, Ċipru u l-Litwanja li kellhom tkabbir f’dan il-kwart. Il-bqija tal-pajjiżi li jħaddnu l-munita ewro raw tnaqqis, bl-agħar riżultat ikun tnaqqis ta’ 5.4% fl-Italja.
Mill-istatistika jispikka li dawk il-pajjiżi li għamlu lockdown komplet spiċċaw b’telf ekonomiku formidabbli. Dan jindika kemm kienet għaqlija d-deċiżjoni tal-Gvern li jmur għal metodi anqas drastiċi imma xorta ferm effettivi biex iwaqqaf l-imxija tal-coronavirus.
L-istatistika tal-Eurostat indikat li saħansitra fl-ewwel kwart tas-sena pajjiżna rreġistra l-ogħla tkabbir fl-impjiegi meta wieħed iqabbel il-livell din is-sena ma dak sena qabel. Fil-fatt, f’pajjiżna kien hemm tkabbir ta’ 6.4% kontra 0.4% fiż-żona ewro. It-tieni l-aktar pajjiż bi tkabbir kien Ċipru b’żieda ta’ 2.4%, jew kważi tliet darbiet anqas minn pajjiżna.
L-informazzjoni li tat l-aġenzija statistika uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ġġib fix-xejn id-diskors li pajjiżna ma laqax tajjeb għall-effetti ekonomiċi tal-pandemija. Li kieku ma kienx hekk żgur ma kienx ikun osservat tkabbir ekonomiku f’pajjiżna filwaqt li fi ġġanti ekonomiċi bħall-Ġermanja, Franza u l-Italja diġà hemm riċessjoni. L-istess fejn jidħlu l-impjiegi, li kieku l-miżuri li ħa l-Gvern ma kinux effettivi, pajjiżna ma kienx ikun dak bl-akbar żieda fl-impjiegi.
Bil-pakkett ta’ riġenerazzjoni ekonomika mħabbar mill-Gvern, l-impatt pożittiv tal-ewwel pakketti ta’ għajnuna sejrin issa jservu bħala l-bażi ta’ fażi ġdida ta’ titjib soċjali, ambjentali u finanzjarju għall-familji u negozji tagħna.
Unions and employer bodies have begun providing their initial reactions to the labour migration policy…
On 1 January, Poland assumed the presidency of the Council of the EU. What does…
Italy's Environment Ministry has given its last and final approval to Malta to develop the…
Isaac Saliba The government yesterday presented a labour migration policy which, in the words of…
What a wonderful year 2024 has been for investors. U.S. stocks ripped higher and carried…
The year is approaching its end and it is time to take a look back…